Local Sport > More > TEAM NOEL JIRRAPPREŻENTAW LIL MALTA

TEAM NOEL JIRRAPPREŻENTAW LIL MALTA

L-ebda mistrieħ għal tliet atleti mill-klabb Ying Yang – Team Noel, li fi tmiem il-ġimgħa li għadda għal darb’oħra rrappreżentaw lil Malta fi ġlidiet internazzjonali.

L-atleti Maltin Keith Azzopardi, Christopher Rotin u Jesred Piscopo kienu għadhom kemm ikkompetew u rebħu kontra atleti barranin waqt il-Gladiators Fight Night 20 li ttella’ fil-Padiljun ta’ Kordin il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju.

Preċiżament ġimgħa wara, Keith Azzopardi kien diġà jinsab Ruma, fejn bl-assistenza ta’ Samuele Andolina, atleta ieħor mill-klabb Team Noel, irrappreżenta lil Malta fi ġlieda boxing f’livell professjonali.

Minkejja li kellu siequ mweġġa’ mill-ġlieda ta’ ġimgħa qabel, Azzopardi rnexxielu jirbaħ kontra l-avversarju Taljan Fabio Caramella.

Fl-istess waqt waslu fi Sqallija żewġ atleti oħra ta’ Team Noel, Christopher Rotin u Jesred Piscopo, li flimkien mal-kowċ Noel Mercieca u l-assistent Clint Chircop, telgħu jirrappreżentaw lil pajjiżhom fi ġlidiet tal-kickboxing.

Christopher Rotin, li ġimgħa qabel rebaħ titlu Ewropew tal-WKN, iffaċċja avversarju Taljan fi ġlieda Pro li kellha tkun K1 rules.

Bla mistenni iżda r-regoli tal-ġlieda ġew mibdula għal Fight Code, bl-atleta Malti jkun mgħarraf b’dan minuti qabel. Rotin madanakollu ma qatax qalbu u għażel li jkompli bil-ġlieda, fejn għadda biex tilef bil-punti.

Waqt l-istess serata f’Rosolini ġġieled ukoll Jesred Piscopo, li bħal Azzopardi u Rotin kien għadu kemm iġġieled u rebaħ ġimgħa qabel kontra atleta Slovakk. Din id-darba Piscopo ffaċċja atleta Taljan fi ġlieda K1 li spiċċat bi draw.

Master Noel Mercieca qal li jinsab kuntent ħafna bir-riżultati tat-tliet atleti, li ma qatgħux qalbhom jiġġieldu darbtejn fuq xulxin mingħajr mistrieħ bil-għan li jiksbu iktar suċċessi u esperjenza f’dan l-isport.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article 2018 – A BUSY YEAR FOR MSDA WHAT IS SPORT AND EXERCISE SCIENCE? Next article
Monday, December 10, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport