Local Sport > Snooker > CINI JITBAH IL-KAMPONAT PREMIER GHAT-TIENI DARBA

CINI JITBAH IL-KAMPONAT PREMIER GHAT-TIENI DARBA

Brian Cini rebah il-kampjonat nazzjonali tal-Premier tas-snooker organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association.

Cini gheleb lil Aaron Busuttil 6-5 f’finali ferm ecitanti quddiem pubbliku numeruz fosthom l-eks plejer professjonali Malti, Tony Drago.

Il-finali intlghabet fil-Kazin Banda Melita fl-Imsida u giet irrefjata mir-referee Ivan Attard. Prezenti kien hemm ukoll il-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Clifton Grima li wara diskors qasir fejn semma l-impenn tal-gvern li jghin lil dan l-isport bil-ftuh ta’ akkademja fil-futur qarib, ipprezenta it-trofej lill-finalisti.

FIlwaqt li din kienet it-tieni rebha ghal Cini, kienet ukoll it-tieni finali konsekuttiva ghal Busuttil li tilef bi skor daqshekk vicin, wara li is-sena l-ohra safa’ melghub minn Duncan Bezzina 6-4.

Ta’ min isemmi li il-livell tal-loghob kien ferm oghli miz-zewg protagonisti. Dan ikkonfermat ukoll l-eks plejer professjonali Tony Drago. Filwaqt li ir-referee kien ferm attent fuq id-decizjonijiet tieghu.

Il-puntegg ta’ din il-finali kien hekk:- (Cini l-ewwel)
21 - 65 (55) , 72 (63) – 23 , 75 (75) – 9 , 56 – 43, 44 – 73, 25-77, 58 – 13, 18 – 60 (56), 82 – 12, 40 – 73 (49), 85 – 49.

Dan l-istagun 2017-18 daqt jasal fi tmiemu hekk kif fadal biss ir-Ranking Tournament numru 4 u l-Kampjonati tal-Billiards.


 
Share |

Navigate through the articles
IL-PLEJERS MALTIN JIKKWALIFIKAW GHALL-FAZI TAN-KNOCK OUT Next article
Monday, November 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport