Local Sport > Snooker > IL-PLEJERS MALTIN JIKKWALIFIKAW GHALL-FAZI TAN-KNOCK OUT

IL-PLEJERS MALTIN JIKKWALIFIKAW GHALL-FAZI TAN-KNOCK OUT

Illum giet fi tmiema il-fazi tal-gruppi tal-kampjonati Ewropej tas-Snooker organizzata mill-European Billiards and Snooker Association, fejn il-hames plejers Maltin ikkwalifikaw kollha ghall-fazi finali.

Fi Grupp F Joseph Casha spicca fit-tielet post minkejja li fl-ahhar loghba tilef kontra il-Bulgaru Georgi Velichkov 4-3. Brian Cini rebah grupp G b’erba rebhiet fejn illum gheleb lil Martin Sondergaard tad-Danimarka b’rebha ohra konvincenti ta’ 4-0.

Huwa ghamel ukoll brejks ta’ 71 u 83. Aaron Busuttil rebah l-ahhar loghba fi Grupp J 4-1 kontra il-Bulgaru Sashko Dimitrov bi brejks ta’ 56, 92 u 76 punt. Huwa gie it-tieni f’dan il-grupp.

Jason Peplow gie it-tielet fi Grupp N meta illum gheleb 4-2 lill-Ungeriz Balazs Csurgo. Huwa ghamel brejk ta’ 54 punt. Grupp W intrebah minn Duncan Bezzina fejn ukoll rebah l-erba’ loghbiet tieghu bl-ahhar wahda tkun kontra is-Serb Sasa Stojanovic bl- iskor ta’ 4-2.

Ghada l-erbha 14 ta’ Frar tinghata bidu ghal-fazi finali fejn 81 plejer li ghaddew minn 27 Grupp jilghabu fuq bazi ta’ knock out.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article CINI JITBAH IL-KAMPONAT PREMIER GHAT-TIENI DARBA RAWNDS TA’ KWALIFIKAZZJONI TAL-GERMAN MASTERS Next article
Saturday, June 23, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport