Local Sport > Shooting > MSSF TIRRINGRAZZJA LILL-GVERN

MSSF TIRRINGRAZZJA LILL-GVERN

Il-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar tapprezza ħafna u tixtieq pubblikament tirringrazzja l-inizjattiva tal- Gvern, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat u SportMalta, li żammew mal-wiegħda elettorali li jagħmlu Shooting Ranges ġodda Nazzjonali għall-isport tal-Isparar f’Ta’ Kandja, Limiti tas-Siġġiewi.

Bix-xogħol li sar u qed isir, fit-twettieq ta’ dan il-proġett tal-Kumpless Sportiv għall-Isparar, f’ Ġunju li ġej, l-Atleti u l Pubbliku Sportiv Malti se jkun jista’ għall-ewwel darba fl’ istorja ta’ dan l-Isport Nobbli, ġewwa pajjiżna, jara l-aqwa Atleti mid-dinja kollha jikkompetu għat-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isports tal-Isparar.

Il-Federazzjoni konvinta li dan il-Kumpless Nazzjonali Sportiv għall-Isparar, apparti li ser iservi biex il-membri numerużi tagħna u d-delettanti kollha tal-isparar f’pajjiżna jkollhom ranges ta’ standard internazzjonali, kif ukoll flimkien mal-ISSF World Cup, ser iservu ta’ vetrina promozzjonali għal Malta kemm bħala Turiżmu Sportiv kif ukoll mil-lat ġenerali.

Il-Federazzjoni tfakkar li ngħatat id-dritt mill-ISSF li torganizza din il-kompetizzjoni wara li kienet diġa ngħatat dan iċ-ċans f’żewġ okkażżjonijiet oħra preċedenti fl-1998 u fl-2000, iżda peress li ma sarux ir-Ranges imwiegħda mill-Aministrazzjoni preċedenti, l-MSSF kellha bilfors tirtira l-applikazzjoni.

Il-Federazzjoni tappella lill-Oppożizzjoni sabiex tappoġġja dan il-proġett u li ma ndaħħlux fl-arena politika partiġġjana.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article GALEA WINS TRAP TROPHY CHETCUTI STRIKES GOLD Next article
Monday, May 21, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport