Local Sport > Snooker > RAWNDS TA’ KWALIFIKAZZJONI TAL-GERMAN MASTERS

RAWNDS TA’ KWALIFIKAZZJONI TAL-GERMAN MASTERS

Nhar it-Tlieta li gej jinghata bidu ghar-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tal-German Snooker Masters li ser jintlaghbu f'Barnsley Metrodome f’Barnsley, l-Ingilterra.

Minn dawn ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni jikkwalifikaw 32 plejer li mbaghad jilaghbu fil-fazi finali li tintlaghab f’Berlin, il-Germanja bejn il-31 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar 2018. Dan it-turnament jaghmel parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

Il-plejer professjonali Malti Alex Borg fl-ewwel rawnd se jilghab kontra l-plejer Ingliz Ben Woollaston li bhalissa huwa rrankjat fis-37 post fir-rankings mondjali. Din il-loghba ser tintlaghab nhar it-Tlieta li gej fit-8.00pm (Hin ta’ Malta) u tkun l-ahjar minn 9 frames.

Ir-rebbieh ta’ din il-loghba jilghab fit-tieni rawnd nhar il-Gimgha 22 ta’ Dicembru fil-11.00am (hin ta’ Malta) kontra r-rebbieh tal-loghba bejn l-Iskocciz Chris Totten u l-Awstraljan Matthew Bolton.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
XAHAR IMPENJATTIV GHAL BORG Next article
Tuesday, January 23, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport