Local Sport > Snooker > XAHAR IMPENJATTIV GHAL BORG

XAHAR IMPENJATTIV GHAL BORG

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg fil-gimghat li gejjin se jkun impenjat f’erbgha turnaments li jaghmlu parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

L-ewwel turnament ghal Borg ikun il-gimgha d-diehla meta bejn nhar it-Tnejn li gej u l-Hadd 26 ta’ Novembru jiehu sehem fin-Northern Ireland Open li ser jintlaghab gewwa l-Waterfront Hall fil-Belt ta’ Belfast.

Fl-ewwel rawnd Borg jiltaqa’ kontra l-eks Champion tad-Dinja Peter Ebdon. Din il-loghba ser tintlaghab nhar it-Tnejn 20 ta’ Novembru fis-2.00pm (hin Malti) u tkun l-ahjar minn 7 frames.

Bejn it-28 ta’ Novembru u l-10 ta’ Dicembru Borg se jiehu sehem fil-UK Championship li se jintlaghab gewwa l-York Barbican Centre f’York l-Ingilterra. Borg ikun fl-azzjoni nhar l-Erbgha 29 ta’ Novembru fit-3.30pm (hin ta’ Malta) meta jiltaqa’ kontra l-plejer Ingliz Jimmy Robertson bil-loghba tkun fuq l-ahjar minn 11 il-frame.

Bejn il-11 u s-17 ta’ Dicembru Borg jiehu sehem fl-Iscottish Open li jintlaghab gewwa l-Emirates Arena fi Glasgow. Il-poloz ta’ dan it-turnament ikunu maghrufa nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru.

L-ahhar loghbiet ta’ Borg ikunu r-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tal-German Masters li ser jintlaghabu gewwa l-Barnsley Metrodome fl-Ingilterra bejn id-19 u t-22 ta’ Dicembru.

Il-fazi finali ta’ dan it-turnament tintlaghab gewwa The Tempodrom f’Berlin il-Germanja bejn il-31 ta’ Jannar u l-4 ta’ Frar tas-sena d-diehla. Il-poloz tar-rawnds ta’ kwalifikazzjoni ikunu maghrufa nhar it-Tnejn 11 ta’ Dicembru.

 
Share |

Navigate through the articles
Previous article RAWNDS TA’ KWALIFIKAZZJONI TAL-GERMAN MASTERS ZEWG IMPENJI GHAL BORG Next article
Thursday, September 20, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport