Local Sport > Snooker > ZEWG IMPENJI GHAL BORG

ZEWG IMPENJI GHAL BORG

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg fi tmiem din il-gimgha u l-gimgha li gejja se jiehu sehem f’zewg turnaments li jaghmlu parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

L-ewwel impenn ghal Borg se jkun fis-Shanghai Masters meta nhar il-Gimgha jilghab loghba ta’ kwalifikazzjoni kontra l-plejer Ingliz David Gilbert.

Din il-loghba se tintlaghab gewwa Robin Park Sports Centre go Wigan, l-Ingilterra. Il-loghba tibda fil-11 ta’ filghodu (Hin ta’ Malta) u tkun l-ahjar minn 9 frames.

Il-Gimgha li gejja Borg se jiehu sehem fl-English Open li ser jintlaghab gewwa l-Barnsley Metrodome. Dan it-turnament jibda nhar it-Tnejn li gej bil-Finali tintlaghab nhar il-Hadd 22 ta’ Ottubru.

Borg ikun fl-azzjoni nhar it-Tlieta fil-11 ta’ filghodu (Hin ta’ Malta) meta jilghab kontra Mike Dunn.

Din il-loghba tkun fuq l-ahjar minn 7 frames.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article XAHAR IMPENJATTIV GHAL BORG BORG BI TLIET LOGHBIET TA’ KWALIFIKAZZJONI Next article
Friday, September 21, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport