Local Sport > More > AZZOPARDI JIRBAĦ IT-TITLU EWROPEW FI FRANZA

AZZOPARDI JIRBAĦ IT-TITLU EWROPEW FI FRANZA

Keith Azzoaprdi huwa c-champion il-gdid tal-lightweight wara li rebaħ it-titlu Ewropew tal-World Kickboxing Network (WKN) waqt avveniment fi Franza.

Iċ-champion Malti ta’ 24 sena lbieraħ iġġieled bout ta’ K1 fil-kategorija Lightweight, b’ħames rounds ta’ tliet minuti kull waħda. Fit-taqtigħa għat-titlu huwa ffaċċja lill-avversarju Franċiż Mathias Branchu.

Kienet ġlieda missielta ħafna, imma permezz ta’ daqqiet bil-ponn u s-sieq Azzopardi rnexxielu jolqot lill-avversarju f’rasu u fin-naħa ta’ fuq ta’ ġismu b’mod ċar u preċiż.

Il-qlubija ta’ Azzopardi kienet innutata u mfaħħra mill-uffiċjali tal-WKN u minn rappreżentanti magħrufa.

Azzopardi jitħarreġ fil-klabb Ying Yang – Team Noel ma’ Master Noel Mercieca. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Mercieca qal li mhuwiex faċli li wieħed jirbaħ fi Franza; pajjiż li minnu joħorġu kickboxers ta’ fama mondjali.

Fil-fatt Malta, permezz ta’ Azzopardi, kienet l-uniku pajjiż barrani li rebaħ fi Franza, bl-atleti mil-Litwanja, l-Belġju, l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Ċeka u oħrajn li tilfu l-ġlidiet tagħhom.

B’kollox Azzopardi issa rebaħ 30 ġlieda, bl-aħħar waħda tkun dik li ttellgħet ix-xahar li għadda waqt il-Gladiators Fight Night f’Ħal Far, fejn rebaħ fuq avversarju ta’ livell għoli mir-Rumanija.

Azzopardi huwa wkoll l-ewwel kickboxer Malti li ġġieled u rebaħ fl-Awstralja.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article GALEA RECEIVES SPECIAL IJF BORG STRIKES GOLD IN SWEDEN Next article
Wednesday, September 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport