Local Sport > Snooker > BORG BI TLIET LOGHBIET TA’ KWALIFIKAZZJONI

BORG BI TLIET LOGHBIET TA’ KWALIFIKAZZJONI

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg din il-gimgha jkun impenjat fi tliet loghbiet ta’ kwalifikazzjoni f’turnaments differenti li huma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

Dawn il-loghbiet ser jintlaghbu gewwa Preston Guildhall fl-Ingilterra.
L-ewwel loghba ta’ Borg tkun ghada t-Tlieta kontra n-numru 25 fir-rankings mondjali Anthony Hamilton fl-Indian Open.

Il-loghba t’ghada tibda fil-11.00am (hin ta’ Malta) u tkun l-ahjar minn 7 frames bir-rebbieh jghaddi ghall-fazi finali li tintlaghab gewwa l-Indja bejn it-12 u s-16 ta’ Settembru.

Il-Gimgha 4 t’Awwissu Borg jiltaqa’ kontra l-plejer numru 126 fir-rankings mondjali Peter Lines fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-European Masters.

Din il-loghba tkun ukoll l-ahjar minn 7 frames u tintlaghab fis-2.00pm (hin ta’ Malta). Ir-rebbieh jghaddi ghall-fazi finali li tintlaghab gewwa Lommel fil-Belgju bejn it-2 u t-8 t’Ottubru li gej.

It-tielet loghba ta’ Borg tkun nhar il-Hadd 6 t’Awwissu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-World Open bl-avversarju ta’ Borg ikun in-numru 8 fid-dinja Shaun Murphy.

Din il-loghba tkun l-ahjar minn 9 frames u tintlaghab fit-8.00pm (hin ta’ Malta). Il-fazi finali ta’ dan it-turnament tintlaghab gewwa Yushan fic-Cina bejn it-18 u l-24 ta’ Settembru li gej.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article ZEWG IMPENJI GHAL BORG BORG U BEZZINA FIT-TIM MALTI GHAT-TAZZA TAD-DINJA Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport