Local Sport > Snooker > BORG U BEZZINA FIT-TIM MALTI GHAT-TAZZA TAD-DINJA

BORG U BEZZINA FIT-TIM MALTI GHAT-TAZZA TAD-DINJA

Il-plejer professjonali Alex Borg u c-champion lokali Duncan Bezzina se jipprezentaw lil Malta fit-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association.

Dan it-turnament ser jintlaghab gewwa Wuxi City Sports Park Stadium fil-belt ta’ Wuxi fic-Cina bejn nhar it-Tnejn u l-Hadd 9 ta’ Lulju.

F’din it-Tazza tad-Dinja ser jiehdu sehem 24 tim minn 23 pajjiz fejn ic-Cina se jkollha zewg timijiet bhala l-pajjiz organizzattiv.

L-ahjar zewg plejers minn kull pajjiz se jkunu qed jirrapprezentaw lil pajjizhom bl-eccezzjoni tat-Tim Ingliz fejn in-numru 1 tad-dinja Mark Selby kellu jirtira minhabba li kiser subajgh u se jkolli jieqaf mil-loghob ghal xi gimghat.

Postu issa hadu Barry Hawkins u fost il-favoriti li jirbhu t-Tazza hemm ic-Cina permezz tat-tim kompost minn Ding Junhui u Liang Wenbo, l-Ingilterra (Judd Trump u Barry Hawkins) u Skozja (John Higgins u Anthony McGill).

L-24 tim gew imqassma f’erbgha gruppi ta’ sitt timijiet il-wiehed li jilaghbu fuq round-robin bl-ewwel tnejn ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw ghall-Kwarti Finali.

Fil-fazi tal-gruppi jintlaghbu 5 frames kull loghba, erbgha singles u wiehed doubles fejn jinghata punt ghal kull frame mirbuh. Mill-Kwarti Finali l-quddiem il-loghob ikun fuq l-ahjar minn 7 frames.

It-Tim Malti telgha biex jilghab fi Grupp C li jinkludi l-Ingilterra (Judd Trump u Barry Hawkins), l-Awstralja (Neil Robertson u Kurt Dunham), Svizzera (Alexander Ursenbacher u Darren Paris), Pakistan (Hamza Akbar u Shahram Changezi) u l-Iran (Hossein Vafaei u Soheil Vahedi).

L-ewwel loghba tat-tim Malti tkun kontra l-Awstralja nhar it-Tnejn ghal habta tat-8.30pm (hin tac-Cina).
It-Tazza tad-Dinja se tkun murija diretta fuq diversi stazzjonijiet tat-TV fosthom Eurosport u CCTV 5.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG BI TLIET LOGHBIET TA’ KWALIFIKAZZJONI BORG JIRBAH L-KAMPJONAT OVER 40 Next article
Tuesday, May 22, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport