Local Sport > Snooker > BEZZINA CHAMPION TA’ MALTA GHAT-TIELET DARBA

BEZZINA CHAMPION TA’ MALTA GHAT-TIELET DARBA

Duncan Bezzina tal-Kazin tal-Banda La Vincitrice tal-Isla rebah il-Kampjonat Nazzjonali Premier tas-Snooker organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-finali gheleb lil Aaron Busuttil tal-Kazin tal-Banda De Paule, Rahal il-Gdid 6-4.

Il-final intlaghbet quddiem pubbliku numeruz fil-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla u kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Pirotta.

Dan kien it-tielet titlu nazzjonali ghal Bezzina waqt li Busuttil kien qed jilghab fl-ewwel finali tieghu tal-Kampjonat Nazzjonali.

Il-finali kienet wahda kumbattuta biz-zewg plejers jirbhu frame kull wiehed sat-tmien frame meta l-iskor kien 4-4. L-ahhar zewg frames intrebhu minn Bezzina ghal skor finali ta’ 6-4 biex sar Champion ta’ Malta.

L-ahjar brejks kienu ta’ Bezzina li ghamel brejk ta’ 65 punt fil-hames frame u iehor ta’ 100 punt fis-seba’ frame.

L-iskors tal-frames fil-final kienu dawn: (Bezzina l-ewwel): 15-81, 61-22, 5-60, 80-0, 82(65)-44, 23-62, 101(100)-26, 27-83, 66-20, 72-18.

Wara l-finali Frans Bugeja, president tal-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-trofej liz-zewg plejers.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG JIRBAH L-KAMPJONAT OVER 40 BORG JIRBAH IR-RABA’ RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN Next article
Wednesday, February 21, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport