Local Sport > Snooker > BORG JIRBAH IR-RABA’ RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN

BORG JIRBAH IR-RABA’ RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN

Alex Borg tal-Juventutis Domus taz-Zejtun rebah ir-raba’ u l-ahhar ranking turnament tas-snooker ghal dan l-istagun meta fil-finali li ntlghabet il-Gimgha filghaxija gheleb lil Mario Brincat tal-Kazin tal-Banda Mount Carmel, Gzira, 5-1.

Kien Borg li rebah l-ewwel frame izda Brincat gab id-draw bir-rebh tat-tieni frame. Madankollu Borg rebah l-erbgha frames ta’ wara ghal skor finali ta’ 5-1 fejn fl-ahhar frame irregistra l-ghola brejk tal-loghba li kien ta’ 79 punt.

Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Pirotta.

Wara l-finali, Vince Pisani f’isem l-MBSA ipprezenta l-premjijiet liz-zewg finalisti.

Fir-Ranking List tal-Malta Billiards & Snooker Association Borg jinsab fl-ewwel post segwit minn Duncan Bezzina u Brian Cini.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article BEZZINA CHAMPION TA’ MALTA GHAT-TIELET DARBA MAGHRUFA S-SEMI FINALISTI Next article
Wednesday, September 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport