Local Sport > Snooker > MAGHRUFA S-SEMI FINALISTI

MAGHRUFA S-SEMI FINALISTI

Din il-gimgha ntemmet it-tieni fazi tal-Premier Division fil-Kampjonat Nazzjonali tas-Snooker organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association (MBSA) wara li ntlaghbu l-ahhar loghbiet miz-zewg gruppi tal-kwarti finali biex b’hekk saru maghrufa l-erba’ plejers li se jilghabu fis-semi-finali l-gimgha li gejja.

Ic-Champion prezenti Brian Cini rebah Grupp A b’erbgha rebhiet minn sitt loghbiet quddiem Aaron Busuttil li wkoll rebah erbgha loghbiet izda Cini kellu differenza ta’ frames ahjar.

Fi Grupp B Alex Borg rebah is-sitt loghbiet li laghab biex spicca quddiem Duncan Bezzina li kkwalifika ghas-Semi Finali wara li rebah erbgha loghbiet mis-sitta li laghab biex gie t-tieni fil-grupp.

Is-Semi Finali jintlaghbu l-gimgha d-diehla. L-ewwel semi finali ssir nhar it-Tlieta li gej 2 ta’ Mejju u tkun ikkontestata minn Brian Cini tal-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug u Duncan Bezzina tal-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla.

Iz-zewg plejers bhalissa jinsabu fit-tieni u t-tielet post rispettivament fir-rankings tal-MBSA u ghalhekk mistennija loghba bilancjata.

It-tieni semi finali tintlaghab l-ghada l-Erbgha 3 ta’ Mejju u tkun bejn Alex Borg tal-Juventutis Domus, Zejtun u Aaron Busuttil tal-Kazin tal-Banda De Paule, Rahal il-Gdid.

Iz-zewg semi finali se jintlaghbu gewwa l-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla u jibdew fis-6.15pm. Il-loghbiet ikunu fuq l-ahjar minn 9 frames.

Il-Finali bejn ir-rebbieha ta’ dawn iz-zewg semi finali se ssir nhar il-Gimgha 5 ta’ Mejju ukoll fil-Kazin tal-Banda La Vincitrice. Il-Finali tibda fis-6.15pm u tkun l-ahjar minn 11 il-frame.


  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG JIRBAH IR-RABA’ RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN BORG GHAL SHEFFIELD Next article
Wednesday, February 21, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport