Local Sport > Cycling > AQUILINA TIBQA’ CHAMPION

AQUILINA TIBQA’ CHAMPION

It-23 Edizzjoni tat-Tour ta' Malta tac-Ciklizmu giet fi tmiem taghha bis-success Malti fejn Marie Claire Aquilina ddefendiet it-titlu biex ghal darb’ohra kkonfermat li hija r-regina tac-ciklizmu feminili lokali.

Fuq ic-cirkwit ta’ San Martin bl-Elite jaghmlu ghaxar dawriet filwaqt li n-Nisa u l-Masters ghamlu sitta. L-ahhar tappa tal-Elite ntrebhet minn William Brown (Fietsen Tempo) f’hin ta’ 2:28:33.58, segwit minn Danny Smith ta’ Mammoth Life Style f’hin ta’ 2:30:03.78 u Henrik Førland ta’ Velostrada Test Team f’hin ta’ 2:30:05.83.

William Brawn spicca r-rebbieh tat-Tour f’hin total ta’ 5:56;21.29, b’Henrik Førland jispicca t-tieni overall f’hin ta’ 5:57:30.98. It-tielet spicca Danny Smith f’hin ta’ 5:58:26.28. Bhala l-ahjar ciklista Malti spicca Etienne Bonello (Team Greens) f’hin ta’ 6:02:42.18. Warajh spiccaw Alex Pettett (Pro Action All Stars) f’hin ta’ 6:04:05.55. It-tielet spicca Christian Formosa (The Cyclists) f’hin total ta’ 6:04:55.55.

Il-Kategorija tal-Masters intrebhet minn Lukas Katapodis tal-Pigasos Cycling Club f’hin ta’ 1:31:45.35, segwit minn Dave Griffits ta’ Mammoth Life Style f’hin ta’ 1:31:47.74. It-tielet spicca Domenico Livorsi ta’ Team Ballatore f’hin ta’ 1:31:52.07.

Lukas Katapodis spicca rebbieh overall ta’ din il-kategorija f’hin ta’ 4:11:28.30. Warajh iklassifikaw James Steward (Bonito Squadra Corse) f’hin ta’ 4:11:47.57, filwaqt li t-tielet spicca Dave Griffits f’hin ta’ 4:11:52.78.

Bhala l-ahjar Master Malti spicca Michael Camilleri (Team Greens) f’hin total ta’ 4:16:18.47. Warajh spiccaw David Galea (The Cyclist) f’hin ta’ 4:18:30.73, filwaqt li t-tielet spicca Paul Zarb (The Cyclist) f’hin ta’ 4:19:18.32.

Il-Kategorija Feminili regghet intrebhet minn Elice Sharp (NCC Group Kwota Torelli) f’hin ta’ 1:47:15.83. It-tieni spiccat Stephanie Mottram ta’ NCC Group Iwota Torelli f’hin ta’ 1:47:19.06 filwaqt li t-tielet spiccat Ganriella Nordin (Team Greens) f’hin ta’ 1:47:20.11.

Marie Claire Aquilina (Team Greens) spiccat bil-flokk l-ahmar bhala r-rebbieha tat-Tour Feminili f’hin total ta’ 4:37:36.06.

Warajha spiccat Stephanie Mottram f’hin ta’ 4:37:46.19 u Elice Sharp it-tielet f’hin total ta’ 4:38:15.99. Bhala l-ahjar ciklista Maltija ovvjament spiccat Marie Claire Aquilina f’hin total ta’ 4:37:36.06.

Warajha spiccat ciklista ohra tal-istess Team Greens, Michelle Vella Wood f’hin ta’ 4:41:18.99 filwaqt li t-tielet spiccat Stephanie Alden (The Cyclist) f’hin ta’ 4:43:18.91.

  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article BONNICI BACK TO HIS BEST WITH MAJJISTRAL VICTORY TOUR TA' MALTA CONTINUES Next article
Tuesday, January 23, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport