Local Sport > Cycling > L-EWWEL GURNATA TAT-TOUR TA' MALTA 2017

L-EWWEL GURNATA TAT-TOUR TA' MALTA 2017

F’temp idejali nghata bidu ghat-23 Edizzjoni tat-Tour ta' Malta tac-Ciklizmu, bl-ewwel gurnata quq distanza ta' 12 il-kilometru kontra l-hin, fil-korsa mal-kosta tas-Salina u Bahar ic-Caghaq.

Numru rekord ta’ ciklisti hadu sehem. Dawn gew minn seba’ klubbs lokali flimkien ma’ sittax ohra barranin, filwaqt li kien hemm numruiehor t’ ciklisti li gew min n diversi pajjizi Ewropej.

Din l-ewwel gurnata gabet sodisfazzjonijiet kbar mic-ciklisti Feminili Maltin fejn fost numru sabih ta’ 24 ciklista, spiccat l-ewwel Michelle Vella Wood (Team Greens) f’hin ta’ 23:29.61.

Fit-tieni post spiccat ciklista ohra Maltija, Marie Claire Aquilina wkoll tat-Team Greens f’hin ta’ 23:46.62. L-Ingliza Stephanie Mottram ta’ NCC Group Iwota Torelli dahlet it-tielet f’hin ta’ 24:12.25.

Il-Kategorija tal-Masters intrebhet mill-Grieg Lukas Katapodis tal-Klubb Pigasos f’hin ta’ 22:01.75. Huwa kien segwit mil-Ingliz James Stewart tal-Bonito Squadra Corse f’hin ta’ 22:02.74, filwaqt li l-Malti Michael Camilleri tat-Team Greens spicca t-tielet f’hin ta’ 22:09.12.

L-attenzjoni principali kienet fuq il-kategorija Elite fejn fl-ewwel post dahal Matthew Davies (Rhino Velo Race Team) f’hin ta’ 21:15.84. Huwa kien segwit minn Thomas Strand (Velostrada Test Team) f’hin ta’ 21:23.47 u William Brown (Brother NRG Driveplan) f’hin ta’ 21:27.84. Il-Malti Etienne Bonello (Team Greens) spicca r-raba’ f’hin ta’ 21:36.18.

Fi tmiem l-istadju, Claudio Lattanzio, gurnalista/fotografu tal-Agenzia Ansa, Fernando Ranalli, President tal-Federazjoni Ciklistika tal-Provincia t’Aquila u Tonio Brigulio, Membru tal-Kumitat Organizzattiv ipprezentaw il-midalji u l-flokk l-ahmar lir-rebbieha overall.

It-Tour ta’ Malta jkompli ghada bit-tieni tappa li ser tkun tigrija ta’ 83.3 kilometru fuq il-By-Pass ta’ San Pawl, filwaqt li t-tielet tappa tas-Sibt fuq distanza ta’ 60 kilometru ser issir fuq ic-cirkwit tan-Nadur, Ghawdex.

Ir-raba’ u l-ahhar tappa ser issir il-Hadd fuq distanza ta’ 88 kilometru fuq ic-cirkwit ta’ San Martin.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article 2017 TOUR MALTA SECOND DAY 23 EDIZZJONI TAT-TOUR TA’ MALTA Next article
Wednesday, January 24, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport