Local Sport > Snooker > BORG GHAL SHEFFIELD

BORG GHAL SHEFFIELD

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg ghada t-Tlieta jhalli Malta fi triqtu lejn Sheffield, l-Ingilterra biex jiehu sehem fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Mondjali organizzat mill-World Snooker Association.

Ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni ser jintlaghbu bejn nhar l-Erbgha li gej u l-Erbgha 12 t’April gewwa Ponds Forge f’Sheffield.

F’dawn ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni jiehdu sehem il-plejers irrankjati bejn is-17 u l-128 post fid-dinja biex 16 minnhom jikkwalifikaw u jinghaqdu mal-aqwa 16 il-plejer mondjali (l-ahhar 32) fil-fazi finali li tintlaghab gewwa l-Crucible Theatre go Sheffield ukoll bejn il-15 t’April u t-2 ta’ Mejju.

Il-Kampjonat Mondjali huwa l-aktar turnament prestiggjuz fil-kalendarju tal-World Snooker bir-rebbieh fil-Finali tat-2 ta’ Mejju jirbah il-premju ta’ £375,000.

Borg proprju jkun fl-azzjoni nhar l-Erbgha li gej meta jiltaqa’ kontra l-Ingliz Stuart Carrington. Din il-loghba tkun fuq l-ahjar minn 19 il-frame bl-ewwel 9 frames jintlaghbu fil-11.00am (hin ta’ Malta) waqt li fit-8.00pm (hin ta’ Malta) jitkomplew l-10 frames l-ohra.

Fost il-loghbiet interessanti fl-ewwel rawnd insibu lil Mark Williams kontra Zhao Xintong waqt li Jimmy White jiltaqa’ kontra Jack Lisowski, f’loghba li White irid jirbah biex izomm postu fit-Tour Professjonali.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article MAGHRUFA S-SEMI FINALISTI BORG IMPENJAT FIL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN Next article
Wednesday, September 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport