Local Sport > Snooker > BORG IMPENJAT FIL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN

BORG IMPENJAT FIL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg ghada l-Gimgha jhalli Malta fi triqtu lejn ic-Cina biex min-nhar it-Tnejn jibda jiehu sehem fil-fazi finali tac-China Snooker Open .

Dan it-turnament li qed jigi organizzat mill-World Snooker Association ser jintlaghab gewwa l-Beijing University Students Gymnasium fil-kapitali Ciniza u jibda nhar il-Hadd 2 ta’ April..

Borg ikkwalifika ghall-fazi finali wara li f’Jannar li ghadda gheleb lill-plejer Ingliz Jack Lisowski bl-iskor ta’ 5-1 fi Preston gewwa l-Ingilterra.

Borg ikun fl-azzjoni nhar it-Tnejn fit-3.00am (hin ta’ Malta) kontra l-plejer Ciniz Niu Zhuang li dahal f’dan it-turnament bhala wildcard.

Ir-rebbieh ta’ din il-loghba jilghab kontra l-plejer numru 17 fid-dinja l-Ingliz Ricky Walden nhar it-Tlieta fis-2.30pm (hin ta’ Malta). Il-loghbiet ikunu fuq l-ahjar minn 9 frames.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG GHAL SHEFFIELD IZ-ZEWG PLEJERS MALTIN ELIMINATI Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport