Local Sport > Bowling > DEHEB GHAL MALTA FL-ISMALL NATIONS CUP TAL-BOWLING

DEHEB GHAL MALTA FL-ISMALL NATIONS CUP TAL-BOWLING

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jifraħ lit-team Malti tal-bowling għas-suċċess li kiseb fl-ewwel edizzjoni tal-iSmall Nations Cup li saret f’San Marino.

Malta rnexxielha tirbaħ tliet midalji tad-deheb u sitta tal-bronż. It-team rebaħ il-Mixed Team Event wara li fil-finali għelbu lil Ċipru.

Sue Abela u Justin Caruana Scicluna rnexxielhom jirbħu l-midalja tad-deheb fil-Mixed Doubles.

Il-midalja tal-bronż f’din il-kategorija wkoll intrebħet minn pajjiżna permezz ta’ Sara Xuereb u Mauro Anastasi. It-tielet midalja tad-deheb intrebħet minn Sara Xuereb fil-Masters.

Sadattant Sue Abela, Justin Caruana Scicluna u Mauro Anastasi rebhu tlieta mill-erbgħa midalji tal-bronż li setgħu jintrebħu f’din il-kategorija.

Iż-żewġ midalji l-oħra tal-bronż intrebħu fiż-żewġ kategoriji tad-Doubles (dik tal-irġiel u dik tan-nisa).

It-tim Malti tal-Bowling, bħall-assoċjazzjoniet sportivi jsib sostenn minn SportMalta u mis-Segretarjat Parlamentari.

Din hija assoċjazzjoni oħra li hija mmexxija minn voluntiera li jaħdmu qatigħ biex l-isport tal-Bowling jimxi ‘l quddiem.

Il-voluntiera fl-isport kienet waħda mit-temi diskussi fil-laqgħat li Malta organizzat f’pajjiżna b’relazzjoni mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari jestendi l-awguri lill-president tal-Malta Ten Pin Bowling Association u l-kowċ flimkien ma’ dawk kollha li kienu wara dan is-suċċess.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article GOLD CUP TOURNAMENT OKMALTA.COM RETAIN LEAGUE TITLE Next article
Sunday, July 23, 2017
Search our Site Advertising on MaltaSport