Local Sport > More > DIRETTURI ĠENERALI TAL-ISPORT JILTAQGHU F'MALTA

DIRETTURI ĠENERALI TAL-ISPORT JILTAQGHU F'MALTA

L-inklużjoni soċjali u l-volontarjat kienu t-temi ewlenin diskussi waqt il-laqgħa tad-Diretturi Ġenerali tal-Isport li saret f’pajjiżna bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-uħud mill-prattiċi tajba li pajjiżna imbarka b’relazzjoni maż-żewġ temi fosthom l-ewwel kors tal-voluntiera li jaħdmu fl-isport u l-proġett li sar mal-ħabsin b’fondi tal-programm Gruntvig.

Huwa kompla jgħid li l-isport minn dejjem kien użat bħala għodda sabiex jgħaqqad lin-nies flimkien f’diversi ċirkostanzi u f’pajjiżi differenti. Issa aktar minn qatt qabel il-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea jridu jingħaqdu biex jilħqu dawk li l-aktar mhumiex milħuqa, sostna s-Segretarju Parlamentari Agius.

Huwa semma l-ammont kbir ta’ volontiera li jmexxu l-isport f’pajjiżna. Huwa faħħar ix-xogħol tagħhom filwaqt li saħaq li Malta permezz ta’ SportMalta qed tagħmel l-almu tagħha sabiex dawn jakkwistaw il-ħiliet kollha possibbli u jiġu wkoll ċertifikati.

Id-Deputat Direttur Ġenerali, DG EAC, tal-Kummissjoni Ewropea Jens Nymand-Christensen, indirizza wkoll lil dawk preżenti. Kienu ppreżentati l-prattiċi tajba kemm ta’ MOVE 360, tal-akkademja taż-żwiemel fi ħdan SportMalta u tal-ewwel kors li sar għall-volontiera fl-isport.

Intant waqt din il-laqgħa saru avvanzi kbar sabiex jingħalqu l-council conclusions li jridu jkunu ppreżentati lejn l-aħħar ta’ dawn is-sitt xhur li Malta qed tospita l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Kienet ppreżentata wkoll Discussion Paper fuq l-inklużjoni soċjali ta’ immigranti u refuġjati, anzjani, żgħażagħ vulnerabbli u persuni b'diżabbiltajiet li kienet segwita minn dibattitu, biex eventwalment tkun ppreżentata fil-livell ministerjali.

Waqt il-jumejn li kienu f’pajjiżna, id-delegati kellhom l-opportunità li jippruvaw il-ħiliet tagħhom fl-10 metru air pistol u fid-dixxiplina tad-down the line li huwa forma oħra ta’ sparar fuq il-plattini, hekk kif żaru r-ranges fil-Bidnija u kienu ospitati mill-Malta Shooting Sport Federation.

Waqt iż-żjara tagħhom kellhom ukoll esebizzjoni tal-isparar mit-tiraturi tad-double trap William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Gianluca Chetcuti.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article STUDENTS GRADE IN MON LUNG KUNG FU EUROPEAN YOUTH SPORT FORUM Next article
Monday, May 29, 2017
Search our Site Advertising on MaltaSport