Local Sport > Snooker > IZ-ZEWG PLEJERS MALTIN ELIMINATI

IZ-ZEWG PLEJERS MALTIN ELIMINATI

Iz-zewg plejers Maltin li qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker ta’ Taht il-21 sena f’Nicosia, Cipru sfaw eliminati.

Isaac Borg nhar il-Gimgha fl-ghaxija safa eliminat fl-istadju tal-gruppi meta fil-loghba decisiva kontra Ben Sharif tal-Isvezja huwa tilef bl-iskor ta’ 3-2. B’hekk kien il-plejer Svediz li kkwalifika ghall-fazi finali.

Brian Cini spicca l-loghob tieghu fil-grupp bi tliet rebhiet minn erbgha loghbiet biex gie kklassifikat it-tieni fil-grupp u kkwalifika ghal mal-ahhar 54.

F’dan ir-rawnd huwa ltaqa’ kontra l-plejer Franciz Nicolas Mortreux fejn hareg rebbieh bl-iskor ta’ 4-0.

Fl-ahhar 32 Cini laghab kontra l-plejer Ingliz Lewis Gillen u f’loghba eccitanti huwa hareg rebbieh bl-iskor ta’ 4-3, loghba li giet deciza fuq il-bocca s-sewda biex ghadda ghall-ahhar 16.

Hawnhekk huwa ltaqa’ kontra c-Champion Ewropew il-gdid ta’ Taht it-18 il-sena Jackson Page ta’ Wales b’dan tal-ahhar johrog rebbieh 4-0.

Intant erba’ plejers ohra Maltin illum hallew Malta biex jinghaqdu ma’ Brian Cini u minn ghada jibdew jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li ser jintlaghab fl-istess post gewwa Nicosia.

Dan il-Kampjonat jibda ghada u jibqa’ sejjer sa nhar il-Hadd li gej u fih ser jiehdu sehem 116 il-plejer minn 35 pajjiz Ewropew bir-rebbieh jirbah id-dritt biex ghas-sentejn li gejjin jiehu sehem fil-Main Tour ghall-plejers professjonali organizzat mill-World Snooker Association.

Malta se tkun irrapprezentata minn hames plejers li huma c-Champion lokali Brian Cini, Duncan Bezzina, Aaron Busuttil, Jason Peplow u Joseph Casha.

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qieghda tkun possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG IMPENJAT FIL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN BORG ELIMINAT Next article
Wednesday, September 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport