Local Sport > Snooker > BORG ELIMINAT

BORG ELIMINAT

Il-plejer zaghzugh Malti tas-snooker Isaac Borg safa eliminat mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taht it-18 il-sena li qed jintlaghab in-Nicosia, Cipru meta tilef l-ahhar zewg loghbiet tieghu fil-grupp.

Wara li aktar kmieni huwa kien gheleb lill-plejer mill-Latvja Filips Kalnins bl-iskor ta’ 3-1, huwa tilef l-ahhar zewg loghbiet tieghu fil-grupp meta safa meghlub minn Fergal Quinn tal-Irlanda Ta’ Fuq u minn Antoni Kowalski tal-Polonja bl-iskor identiku ta’ 3-0.

Ghalkemm il-plejer Malti spicca bl-istess punti ta’ Kalnins u Kowalski, kienu dawn it-tnejn li kkwalifikaw minhabba differenza ahjar fil-frames.

Frame scores kontra Quinn, Borg l-ewwel: 27-61, 33-63, 36-66.

Frame scores kontra Kowalski, Borg l-ewwel: 30-69, 7-68, 30-61.

Intant Borg issa jkun impenjat fil-Kampjonat ta’ Taht il-21 sena flimkien mal-plejer Malti Brian Cini. Dan il-Kampjonat jibda ghada u jibqa’ sejjer sa nhar il-Hadd li gej.

F’dan il-Kampjonat ser jiehdu sehem 90 plejer minn 29 pajjiz Ewropew bir-rebbieh jirbah id-dritt biex ghas-sentejn li gejjin jiehu sehem fil-Main Tour ghall-plejers professjonali organizzat mill-World Snooker Association.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article IZ-ZEWG PLEJERS MALTIN ELIMINATI BORG IMPENJAT FIS-SHOOT OUT Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport