Local Sport > Handball > JITKOMPLA L-KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIZJONI

JITKOMPLA L-KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIZJONI

Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kompla bi tlett logħbiet, Kavallieri kontra La Salle, Aloysians jiltaqghu ma’ Swieqi Phoenix, filwaqt HMS laghbu kontra Luxol.

Fl-ewwel partita tal-irġiel bejn Kavallieri u La Salle, dan tal-ahhar hareg rebbieh 25-20.

L-ewwel taqsima spiċċat 11-7 favur La Salle.

F’din il-logħba ġie mkeċċi Ronaldo Camilleri Darmanin filwaqt li rajna r-ritorn tal-player internazzjonali Malti Maurice Meli wara li kien ilu barra mill-logħba għal diversi xhur minħabba injury.

Il-goalkeeper tal-La Salle Franceso Musu ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

L-uffiċjali tal-logħba kienu Stefan Desira u Marylyn Agius.

It-tieni logħba tal-ġurnata bejn Aloysians vs Phoenix, it-tim ta’ Aloysians hareg rebbieh 27-22.

L-ewwel taqsima spiċċat 13 bi 13.

F’din il-logħba il-goalkeeper tal-Aloysians Reece Galea ġie muri l-karta ħamra wara li għamel foul fuq l-avversarju.

Il-player Peter Naudi tal-Aloysians ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

L- uffiċjali tal-logħba kienu Stefan Desira u Brian Agius.

Fl-aħħar logħba it-tim tal-Luxol għeleb lil HMS bl-iskor ta’ 27-20.

L-ewwel taqsima spiċċat 13-7 favur Luxol

Il-Player tal-logħba kien Boris Valos filwaqt iz-żewg uffiċjali kienu Brian Agius u Clinton Mifsud.

Top Scorers
1 Chris Magro - (La Salle) 45 gowls
2 Christian Mc Clean – (Kavallieri) 32 gowls
3 Joe Tanti - (Luxol) u Alex Di Pilato – (Aloysians) 26 gowls
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article MHA LEAGUES MALTA CLAIM FIFTH PLACE Next article
Wednesday, January 24, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport