Local Sport > Snooker > BORG JIKKWALIFIKA GHALL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN

BORG JIKKWALIFIKA GHALL-FAZI FINALI TAC-CHINA OPEN

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg ikkwalifika ghall-fazi finali tac-China Open wara li gheleb lill-Ingliz Jack Lisowski 5-1.

Din il-loghba ntlaghbet gewwa l-Guild Hall fi Preston l-Ingilterra. Lisowski rebah l-ewwel frame bi break ta’ 56 punt izda Borg kien f’forma tajba hafna fejn rebah il-hames frames ta’ wara li fihom ghamel breaks ta’ 75, 69, 63, 51, 51, u 47.

Il-frame scores, Borg l-ewwel kienu hekk:
33-88(56), 85(75)-13, 120(51,69)-0, 60(47)-7, 71(51)-33, 71(63)-30.

Il-fazi finali issa tkompli gewwa Beijing fic-Cina bejn is-27 ta’ Marzu u t-2 t’April fejn Borg jiltaqa’ kontra n-numru 17 fir-rankings mondjali l-Ingliz Ricky Walden li min-naha tieghu gheleb lic-Ciniz Zhang Yong bl-iskor ta’ 5-1.

Borg u Walden iltaqghu kontra xulxin xahar ilu fl-Iscottish Open bil-plejer Ingliz johrog rebbieh bl-iskor ta’ 4-3.

Sadanittant l-impenn li jmiss ghal Borg huwa l-Welsh Open li se jintlaghab gewwa Cardiff bejn it-13 u t-18 ta’ Frar li gej.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG IMPENJAT FIL-WELSH OPEN IL-GIMGHA D-DIEHLA BORG JGHADDI GHAT-TIENI RAWND Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport