Local Sport > Snooker > TINTEMM L-AVVENTURA TAL-MALTIN FIL-QATAR

TINTEMM L-AVVENTURA TAL-MALTIN FIL-QATAR

Iz-zewg players Maltin fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker organizzati mill-IBSF u li qed isiru f’Doha, l-Qatar sfaw eliminati mill-kategoriji rispettivi taghhom.

F’dik tal-irgiel, il-plejer zaghzugh Brian Cini tilef kontra l-Irlandiz Declan Brennan 5 – 1 fil-fazi tal-ahhar 16, dan wara li aktar kmieni llum huwa kien rebah lil Jamie Clarke ta’ Wales 5 – 1 fl-ahhar 32, fejn anki ghamel brejk ta 56 fit-tielet frame.

Fil-kategorija tal-masters, Jason Peplow safa eliminat fl-ahhar 32 mill-Ingliz Graham Beardmore 4 – 1.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article BORG JGHADDI GHAT-TIENI RAWND PEPLOW JIKSEB IT-TIENI REBHA Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport