Local Sport > Snooker > PEPLOW JIKSEB IT-TIENI REBHA

PEPLOW JIKSEB IT-TIENI REBHA

Jason Peplow kiseb it-tieni rebha tieghu fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker organizzati mill-IBSF u li qed isiru f’Doha, il-Qatar.

Aktar kmieni filghodu huwa kien fl-azzjoni kontra Asgeir Gudbjartsson tal-Izlanda fejn rebah 3-1. Dawn kienu l-punteggi (Peplow L-ewwel) 58-11, 45-53,77-33,77-31.

B’hekk Peplow jinsab jokkupa t-tieni post fi Grupp G b’hames punti, wiehed inqas mill- Awstraljan Paul Thomerson.

Huwa jilghab it-tielet loghba tieghu ghada l-Erbgha fis-7pm hin lokali (Qatar) kontra Salim Ali Alsuwaidi tal-Emirati Arab Maqghuda.

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article TINTEMM L-AVVENTURA TAL-MALTIN FIL-QATAR AKTAR RIZULTATI POZITTIVI GHALL-MALTIN FIL-QATAR Next article
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport