Local Sport > Snooker > AKTAR RIZULTATI POZITTIVI GHALL-MALTIN FIL-QATAR

AKTAR RIZULTATI POZITTIVI GHALL-MALTIN FIL-QATAR

Brian Cini u Jason Peplow kisbu rizultati pozittivi fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker li qed isiru f’ Doha, il-Qatar.

Cini, li qed jilghab fi grupp C, fil-kategorija tal-irgiel, rebah it-tieni loghba tieghu l-bierah meta gheleb lil Akdi Soulaimane tal-Marokk 4 – 0.

Illum wara nofsinhar rega kien fl-azzjoni u rebah lil Antonis Poullos ta’ Cipru bl-iskor ta’ 4 – 0. B’hekk qed jokkupa l-ewwel post fil-grupp tieghu b’ghaxar punti segwit minn Mohammad Rais Senzah tal-Afganistan bi 8.

Huwa ser jilghab l-ahhar loghba tal-grupp kontra l-istess Mohammad Rais Senzah, ghada it-tlieta 22 ta’ Novembru fis-7 ta’ filghaxija (hin lokali – Qatar).

Fil-kategorija tal-Masters, Jason Peplow, li qed jilghab fi grupp G, beda l-impenji tieghu b-rebha ta’ 3 – 0 kontra Marc Chouillier ta’ Franza. Huwa jerga’ jkun fl-azzjoni ghada meta jilghab kontra Asgeir Gudbjartsson tal-Izlanda fis-1pm hin lokali (Qatar).

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article PEPLOW JIKSEB IT-TIENI REBHA BIDU TAJJEB GHAL CINI FIL-QATAR Next article
Tuesday, May 22, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport