Local Sport > Snooker > BIDU TAJJEB GHAL CINI FIL-QATAR

BIDU TAJJEB GHAL CINI FIL-QATAR

Brian Cini beda l-impenji tieghu b’rebha fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker li qed isiru f‘Doha, il-Qatar.

Cini kien fl-azzjoni s-Sibt fil-ghodu u fl-ewwel loghba tieghu kontra Mekdad Taqi tal-Kuwait rebah 4-1.

Cini, li qed jilghab fi grupp C, fil-kategorija tal-irgiel, jerga’ jkun fl-azzjoni ghada il-Hadd, 20 ta’ Novembru fejn fit-tieni loghba tieghu jiltaqa’ kontra Akdi Soulaimane tal-Marokk li tilef fl-ewwel impenn tieghu 4-0.

Fil-kategorija tal-Masters, Jason Peplow, li qed jilghab fi grupp G, jibda l-ewwel loghba tieghu nhar it-tnejn 21 ta’ Novembru fl-10 am hin lokali (Qatar) meta jilghab kontra Marc Chouillier ta’ Franza.

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article AKTAR RIZULTATI POZITTIVI GHALL-MALTIN FIL-QATAR BORG JGHADDI GHAT-TIENI RAWND Next article
Tuesday, May 22, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport