Local Sport > Snooker > BORG JIRBAH L-EWWEL RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN

BORG JIRBAH L-EWWEL RANKING TURNAMENT TAL-ISTAGUN

Alex Borg li jilghab mal-Klabb Juventutis Domus taz-Zejtun rebah l-ewwel ranking turnament tas-snooker ta’ dan l-istagun meta fil-finali gheleb lil Brian Cini tal-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug 5-2.

Kien Cini li rebah l-ewwel frame izda Borg gab id-draw bir-rebh tat-tieni frame. Cini rega’ mar minn fuq bir-rebh tat-tielet frame izda Borg ghamel l-iskor indaqs qabel l-intervall bir-rebh tar-raba’ frame.

Meta rega’ beda l-loghob Borg rebah tliet frames wara xulxin ghal skor finali ta’ 5-2.

L-iskor tal-frames, Borg l-ewwel kienu: 43-62, 69-64, 37-65, 60-18, 61-23, 87(86)-0, 56-41.

Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Charles Vella.

B’din ir-rebha Borg issa qed jokkupa l-ewwel post fir-Ranking List tal-Malta Billiards & Snooker Association segwit minn Duncan Bezzina u Brina Cini.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article CINI JIRBAH IT-TIENI RANKING TURNAMENT IZ-ZEWG PLEJERS MALTIN ELIMINATI Next article
Wednesday, August 15, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport