Local Sport > Athletics > TIĠRIJA TA’ HAMES KILOMETRI FIL-BY-PASS TAL-IMTARFA

TIĠRIJA TA’ HAMES KILOMETRI FIL-BY-PASS TAL-IMTARFA

Waħda mill-ewwel attivitajiet li se torganizza l-Malta Employees Sports Association (MESA) għall-istaġun 2016/17 se tkun tiġrija ta’ hames kilometri li se ssir nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru fil-By-Pass tal-Imtarfa.

Bħalma kien il-każ fl-aħħar tiġrija li saret f’Mejju li għadda fil-limiti ta’ Ħal Kirkop, se jingħataw premjijiet lill-ewwel tlieta kklassifikati kemm irġiel kif ukoll nisa kif ukoll premjijiet oħra skont l-eta’ u anke fuq bażi ta’ teams ta’ erba’ atleti, fejn jgħoddu l-ħinijiet ta’ l-aqwa tliet atleti minn kull team ta’ erbgħa atleti.

Min jixtieq jieħu sehem huwa mitlub jikkuntattja lis-Segretarju, MESA, f’dan l-email address: mariosaliba51@gmail.com.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article INCREASED PARTICIPATION FOR MALTA INTERNATIONAL CHALLENGE MARATHON VALLETTA DEBUTS ON THE INTERNATIONAL SPORT ARENA Next article
Sunday, July 15, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport