Local Sport > Karate > TIELET EDIZZJONI TAL-KAMPJONATI TAL-KARATE FL-UNIVERSITA TA' MALTA

TIELET EDIZZJONI TAL-KAMPJONATI TAL-KARATE FL-UNIVERSITA TA' MALTA

It-tielet edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iz-Zghar tal-Ewropa saret illum is-Sibt fis-sala sportiva tal-Universita ta' Malta.

Numru rekord ta' 250 atleta bejn it-tnax u il-hamsa u ghoxrin sena minn Andorra, Cipru, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino hadu sehem. Liema kompetizzjoni saret taht il-patrocinju tal-World Karate Federation.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi tnejn; Kata u Kumite. Malta rebhet 7 midalji tad-deheb fil-Kata, 4 tal-Fidda u 6 tal-Bronz. Filwaqt li sakemm il-gurnal mar ghall-istampar il-kompetizzjoni tal-Kumite kienet ghadha ghaddejja.

'Inhossuna onorati li kellna l-opportunita li nilqghu fostna lil shabna filwaqt li konna fil-qalba ta' dan l-avveniment prestigjuz. L-atleti taghna, il-kowcis, ir-referees kif ukoll il-voluntiera urew sostenn kontinwu lejn il-Malta Karate Federation. Zgur li din hija ir-raguni tas-success taghna, qal il-President tal-MKF Kenneth Abela.

Ghal din il-kompetizzjoni kien hawn f'pajjizna l-President tal-World Karate Federation is-Sur Antonio Espinos. Din is-sena l-Karate gie accettat bhala sport Olimpiku, anke metru tal-hidma kbira u tat-tmexxija ghaqlija tas-sur Espinos.

Permezz ta' dan ir-rizultat, il-membri tal-MKF jistghu jilhqu l-holma taghhom li jirrapprezentaw lil pajjizna fil-loghob Olimpiku.

Il-Malta Karate Federation tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil Sportmalta ghall-appogg kontinwu taghhom.

Il-gurnata tal-kompetizzjoni bdiet b'cerimonja tal-ftuh li ghaliha, minbarra l-President Espinos, attendew is-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport Chris Agius, il-kelliem tal-oppozizzjoni ghall-isport David Agius u l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article MKF ATHLETES CLAIM 29 MEDALS IN UK INTERNATIONAL KARATE CHAMPIONSHIPS ENDS Next article
Thursday, August 24, 2017
Search our Site Advertising on MaltaSport