Local Sport > More > SUMMER ON THE MOVE F'GHAWDEX TASAL FI TMIEMHA

SUMMER ON THE MOVE F'GHAWDEX TASAL FI TMIEMHA

L-ewwel edizzjoni ta’ Summer on the Move f’Għawdex waslet fi tmiemhallum il-Gimghga b’attività li saret fil-ground tal-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ t’Għawdex.

Summer on the Move huwa estensjoni tal-programm li diġà jsir Malta u li fil-gżira Għawdxija jiġi organizzat minn SportMalta bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board.

Tmenin tifel u tifla ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Summer on the Move f’Għawdex.

Madanakollu l-Gozo Sports Board ħaseb sabiex jieħu ħsieb jorganizza ġurnata ta’ diversi attivitajiet fil-ground tal-Kulleġġ t’Għawdex għat-tfal kollha, bl-għan li din l-attività sservi ta’ pjattaforma biex aktar tfal jitħajru u jattendu għall-#On the Move Skola sport li huwa l-programm tax-xitwa.

Attenda għal din l-attività s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li qal li din l-attività offriet servizz ieħor sportiv lil Għawdxin li kienu għatxana għall-attivitajiet ta’ din il-kwalità.

Huwa kompla jgħid li SportMalta flimkien mal-Gozo Sports Board qed jaraw li s-servizz ikun wieħed ta’ livell b’coaches kwalifikati sabiex it-tfal jieħdu gost jilagħbu però fl-istess ħin jitgħallmu. Huwa sostna li t-tfal qed jingħataw ħiliet bħal teamwork li jutilizzawhom tul ħajjithom.

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru ta’ Għawdex qiegħed jara li t-tfal Għawdxin jirrikorru għal dan il-programm u għalhekk ingħata sussidju ta’ nofs il-miżata, u dan bi spiża ta’ madwar €3,000.

Is-Segretarju Parlamentari Agius irringrazzja lil dawk il-ġenituri li għażlu li jibagħtu t-tfal tagħhom fil-programmi organizzati u ħeġġeġ lill-ġenituri biex issa jieħdu ħsieb li japplikaw għall-programm tax-Xitwa, #On the Move Skola sport.

Il-Ministeru ta’ Għawdex se jerġa’ jissusidja l-miżati u anke joffri t-trasport b’xejn għat-tfal minn kull raħal Għawdxi.

Ħajr għar-ritratt: MEDE_PS
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article SPITERI OVERCOMES INJURY TO QUALIFY TEAM NOEL TO COMPETE IN NORTHERN IRELAND Next article
Sunday, September 23, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport