Local Sport > Regatta > MARSA TIRBAH IR-REGATTA TA' JUM IL-VITORJA

MARSA TIRBAH IR-REGATTA TA' JUM IL-VITORJA

Id-distrett tal-Marsa rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja wara li għeleb il-kompetizzjoni mid-distrett tal-Isla, bl-aħħar tellieqa tkun dik deċiżiva.

Il-Marsa spiċċaw il-ħames tiġrijiet b’total ta’ 64 punt, bl-Isla jispiċċaw b’46 punt, filwaqt fit-tielet post spiċċa d-distrett ta’ Bormla bi 28 punt. Warajhom Marsamxett b’16-il punt, il-Birgu b’14-il punt u id-distrett ta’ Birżebbuga b’4 punti.

Id-distrett tal-Marsa spiċċa fl-ewwel post fi tliet itlielaq dik tad-dgħajjes A tal-midalji, u iż-żewġt itlielaq tad-dgħajjes C tal-pass kemm b’żewġ qaddiefa u anke b’4 qaddiefa. Intant ma għamlu l-ebda pjazzament fiż-żewġt itlielaq tal-frejgatini u tal-kajjikki.

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ kategorija B tar-regatta li saret illum. Huma temmew il-ħames tiġrijiet b’total ta’ 60 punt, erbgħa punti biss fuq id-distrett tal-Marsa li spiċċaw fit-tieni post b’56 punt.

Bid-distrett tal-Isla spiċċa fit-tielet post b’44 punt. Il-Kalkara temmew din il-kategorija bi 8 punti filwaqt li l-Birgu spiċċaw b’total ta’ 4 punti.

Bormla daħlu l-ewwel fl-ewwel tiġrija dik tad-dgħajjes C tal-pass b’żewġ qaddiefa u dgħajjes A tal-midalji.

Filwaqt li spiċċaw fit-tieni post fl-aħħar tiġrija tad-dgħajjes B tal-pass b’4 qaddiefa u t-tielet fit-tellieqa tal-kajjikki. Bl-uniku tellieqa li ma jieħdu l-ebda punt tkun dik tal-frejgatini.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article REGATTA 31 TA’ MARZU INIZJATTIVI BIEX TISSAHHAH IR-REGATTA Next article
Friday, November 16, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport