Local Sport > Regatta > IL-PREPARAMENTI GHAR-REGATTA FL-AQWA TAGHHOM

IL-PREPARAMENTI GHAR-REGATTA FL-AQWA TAGHHOM

Ġimgħa qabel ir-Regatta tat-8 ta’ Settembru, ix-xogħol u t-taħriġ fil-klabb tar-regatta tal-Isla jkun fl-aqwa tiegħu.

Nhar is-Sibt filgħaxija sar it-tberik tal-frejgatina l-ġdida li ser tintuża għall-ewwel darba fir-regatta ta’ din is-sena li ser issir nhar il-Ħamis li ġej.

Il-qaddiefa li ser ikunu tal-ewwel li jużaw din l-opra tal-baħar fil-port il-kbir ser ikunu Christian Camilleri u Rhys Fiteni flimkien mal-coxswain Yanrick Agius.

Id-dgħajsa, li ġġib l-isem ta’ Kakkuwa, ġiet maħdum mill-imgħallem Manuel Aquilina magħruf bħala r-Ratal minn Birżebbuġa.

L-imgħallem ilu jibni dgħajjes snin għalkemm it-teknika tas-sengħa nbidlet matul is-snin din ma tnaqqas xejn mit-tradizzjoni ta’ kif tinbena d-dgħajsa tradizzjonali Maltija.

It-tberik tad-dgħajsa sar minn Fr Antoine Farrugia waqt attività organizzata mill-klabb tas-Senglea Regatt stess, liema attività saret fil-ġnien tal-Gardjola fl-Isla.

Preżenti wkoll il-membri tal-kumitat, qaddiefa u bosta partitarji.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article INIZJATTIVI BIEX TISSAHHAH IR-REGATTA HINIJIET ECCELLENTI GHALL-QADDIEFA MALTIN Next article
Wednesday, September 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport