Local Sport > Rugby > IMNIEDI L-PROĠETT PILOTA 'GET INTO RUGBY'

IMNIEDI L-PROĠETT PILOTA 'GET INTO RUGBY'

"Nagħtu l-importanza xierqa lill-isport minuri billi nesponuh lill-ġenerazzjoni li tiela."

Dan qalu llum is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt it-tnedija tal-programm ‘Get into Rugby’ f’Malta.

Huwa kompla jgħid li din hija wegħda oħra elettorali fejn minbarra li tingħata assistenza finanzjarja lill-isport minuri, jingħatalu wkoll spinta sabiex aktar nies isiru jafu b’dan l-isport, jitgħallmu r-regoli u finalment jibdew jipprattikawh.

Kevin Azzopardi, l-uffiċjal Edukattiv tal-Edukazzjoni Fiżika, spjega kif dan huwa parti mill-proġett pilota li beda lejn l-aħħar tas-sena skolastika li għaddiet u jsegwi dak tal-Golf.

Il-proġett pilota ser ikun qiegħed jinħadem fil-Kulleġġ Santa Margerita fejn minbarra li bdew isiru sessjonijiet għall-istudenti tal-iskejjel kollha primarji, qed isiru workshops għall-għalliema tal-edukazzjoni fiżika mill-Get into Rugby Manager ta’ Rugby Europe.

Kevin Azzopardi spjega li fiż-żmien li ġej ser tkun qed titħabbar skema ġdida li permezz tagħha l-assoċjazzjonijiet ser ikunu qed jingħataw iċ-ċans li jippromwovu l-isport tagħhom fl-iskejjel.

Attendiet għall-konferenza tal-aħbarijiet il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita Maria McNamara li spjegat li l-Kulleġġ iħossu onorat li għal darb’oħra qed ikun parteċipi fi proġett pilota li għandu l-għan li jħajjar aktar studenti jgħixu ħajja attiva.

Hija kompliet tgħid li r-Rugby, għad-differenza ta’ sport ieħor, jgħallem lill-parteċipanti jkunu reżiljenti u determinati filwaqt li jgħinhom jifhmu l-importanza li wieħed isegwi r-regoli.

Dan huwa proġett li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Malta Rugby Football Union.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article GREECE PULL OUT OF WORLD CUP QUALIFIER IN MALTA MALTA AND SPAIN NAME SQUADS Next article
Tuesday, May 22, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport