Local Sport > Regatta > JITTELLGĦU L-POLOZ TAR-REGATTA TA’ JUM IL-ĦELSIEN

JITTELLGĦU L-POLOZ TAR-REGATTA TA’ JUM IL-ĦELSIEN

Fil-Mużew Marittimu l-Birgu, waqt konferenza tal-aħbarijiet ttellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien.

Il-Port il-Kbir għal darb’oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birzebbuġa, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Huma jipparteċipaw f’għaxart itlielaq f’żewġ kategoriji differenti; A u B.

Fil-ġuranta t-tlielaq jalternaw bejn kategorija A u B, bl-akbar stennija tkun għall-aħħar żewġ tiġrijiet, li jkunu l-aħħar tiġrija ta’ kull kategorija

Tradizzjonalment id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji. Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qegħda tintilef.

Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-10 itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li sostna li l-qaddiefa m’għandhomx jibżgħu mill-bidla, sabiex ir-regatta tieħu lura l-glorja li xi darba kienet tgawdi. proposti sabiex ir-regatta issir waħda aktar popolari.

Huwa kompla jgħid li l-futur tar-regatta jidher pożittiv, bħalma huwa l-futur tal-isport kollu relatat mal-baħar.

Tkellem wkoll il-president il-ġdid tal-Għaqda Regatta Nazzjonali li qal li hemm ħafna xi jsir sabiex r-regatta titjieb. Fakkar fl-opportunita’ li ser ikollhom numru ta’ qaddiefa Maltin li jmorru barra l-pajjiż sabiex jitħarrġu.

Inizzjattivi bħal dawn żgur ser itejbu l-livell tal-qaddiefa. Huwa kompla jgħid li jinsab ċert li flimkien dawn il-miri u miri oħra simili jistgħu jintlaħqu fil-futur qarib.

Waqt il-konferenza tkellmu wkoll Mark Cutajar Aġent Kap tal-Kunsill Malti għall-isport li li fakkar fl-inizzjattiva li ħa l-Kunsill Malti għall-Isport u s-Segretarjat li jieħdu l-poloz fil-qalba tad-distretti.

F’Settembru il-konferenza saret f’Bormla, filwaqt li din id-darba ntuża sit fil-Birgu.

Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien, ser issir nhar it-Tlieta u ppjanata li tibda fis-12.30pm.
 
Share |

Navigate through the articles
Previous article GĦAJNUNA FINANZJARJA LID-DISTRETTI LI PPARTEĊIPAW FIR-REGATTA TA' JUM IL-ĦELSIEN
Thursday, July 19, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport