Local Sport > Karate > SEBA MEMBERI TAL-KARATE GHAL LUSSEMBURGU

SEBA MEMBERI TAL-KARATE GHAL LUSSEMBURGU

Nhar il-Ħamis, seba' membri tat-team Nazzjonali Malti tal-Karate sejrin il-Lussemburgu biex jikkompetu fl-edizzjoni tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa.

Dawn ser ikunu akkumpanjati mil-kowċis, Joe Tanti, James Galea kif ukoll mill-uffiċjal tal-Federazzjoni Audrey Zammit.

Is-seba Karatekas li ser jippreżentaw lil Malta huma Tyler Tanti, Emma Grech, Joelle Farrugia, Keelen Azzopardi, Luke Galea, Sarah Galea u Alex Horvath.

Il-preparazzjoni tagħħom għal dawn il-logħob ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur.

Il-kompetizzjoni ser issir fuq bażi ta’ Kata li hija esebizzjoni ta’ wieħed waħdu kontra l-oħrajn kif ukoll ser ikun hemm il-Kumite li huwa kumbattiment bejn atleti b’forma ta’ punteġġi.

F’Ottubbru il-Federazzjoni se tibgħat wkoll numru sabiħ ta’ Atleti biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ‘Open’ fil-Polonja.
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article A SUCCESSFUL WEEKEND FOR MKF
Monday, December 11, 2017
Search our Site Advertising on MaltaSport