Local Football > Tournaments > VASSALLO: SE TKUN KOMPETIZZJONI EĊĊITANTI BI TROPHY ĠDIDA

VASSALLO: SE TKUN KOMPETIZZJONI EĊĊITANTI BI TROPHY ĠDIDA

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, qal li l-kompetizzjoni tal-FA Trophy għal dan l-istaġun se tkun waħda interessanti ħafna u dan għax jekk is-sena l-oħra kulħadd ried li jirbaħ it-trofew l-antik għall-aħħar darba, dan l-istaġun kulħadd irid jirbaħ dan it-trofew il-ġdid għall-ewwel darba.

“Is-sena l-oħra, Sliema Wanderers FC kellhom ix-xorti li jirbħu l-FA Trophy għall-ewwel darba. B’kumbinazzjoni kienu huma wkoll li kienu rebħuh għall-ewwel darba. Isimhom se jibqa’ mniżżel fl-Istorja. L-istess se jiġri dan l-istaġun. Min se jirbaħ dan it-trofew se jibqa’ msemmi bħala l-ewwel klabb li rebaħ dan it-trofew il-ġdid, li nispera li jibqa’ jintrebaħ għal ħafna snin li ġejjin fil-futbol Malti,” qal Vassallo.

Is-Segretarju Ġenerali qal li din il-kompetizzjoni qed tqanqal interess mal-pajjiż kollu, anki minħabba l-fatt li l-MFA kienet biddlet il-format tagħha u llum il-klabbs iż-żgħar għandhom ċans daqs il-kbar li jirbħu din il-kompetizzjoni jew inkella tal-inqas jaslu sew ma tal-aħħar.

“Is-sorpriżi jiġru kullimkien fil-futbol. Rajnihom iseħħu barra minn Malta u rajnihom iseħħu f’Malta wkoll matul l-aħħar snin. Li tim żgħir jasal ma tal-aħħar f’kompetizzjoni bħal din mhux xi ħaġa kbira. Anzi, tkun xi ħaġa ta’ prestiġġju għal kull klabb li jirnexxielu jagħmilha,” qal Vassallo.

Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, spjega l-andament tal-poloz. Hu qal li se jkollna partita waħda preliminari u 13 oħra tal-ewwel rawnd, biex immedjatament wara jittellgħu 20 polza oħra tat-tieni rawnd.

Il-poloz telgħu hekk:
Rawnd preliminari
1. Xagħjra Tornados FC vs Għarb Rangers FC

L-Ewwel Rawnd

2. Kirkop United FC vs Marsaskala FC
3. Mdina Knights FC vs Victoria Hotspurs FC
4. Kalkara FC vs Għajnsielem FC
5. Oratory Youths FC vs Dingli Swallows FC
6. Msida St. Joseph FC vs Luqa St Andrew’s FC
7. Nadur Youngsters FC vs Preliminari 1
8. Mtarfa FC vs Xagħra United FC
9. Ta’ Xbiex FC vs Munxar FC
10. Santa Luċija FC vs Kerċem FC
11. Qala Saints FC vs Xewkija Tigers FC
12. St Venera Lightnings FC vs SK Victoria Wanderers FC
13. St Laurence Spurs FC vs Zurrieq FC

It-Tieni Rawnd

Kirkop Utd FC / Marsascala FC vs Pieta’ Hotspurs FC
Msida St. Joseph FC / Luqa St. Andrew’s FC vs Mqabba FC
Marsaxlokk FC vs San Gwann FC
Qormi FC vs Qala Saints FC / Xewkija Tigers FC
Ta’ Xbiex FC / Munxar Falcons FC vs Għargħur FC
Mellieħa FC vs Birżebbuga FC
Melita FC vs St Venera L FC / SK Victoria Wanderers FC
Attard FC vs Vittoriosa Stars FC
Zebbug Rangers FC vs Fgura United FC
Santa Lucija FC / Kercem FC vs Marsa FC
Lija Athletic FC vs St Laurence Spurs FC / Zurrieq FC
Mgarr Utd FC vs Zabbar St Patrick FC
Senglea Athletic FC vs Mtarfa FC / Xagjra Utd FC
Naxxar Lions FC vs Kalkara Fc / Għajnsielem FC
Qrendi FC vs Oratory Youths FC / Dingli Swallows FC
Rabat Ajax FC vs Sirens FC
St George’s FC vs Siggiewi FC
Għaxaq FC vs Nadur Y FC / Xagħjra T FC / Għarb R FC
Swieqi Utd vs Gudja Utd FC
Mdina Knights FC / Victoria Hotspurs FC vs Zejtun Corinthians FC

Copyright: www.mfa.com.mt
  View this article in PDF format Print article
Share |

Navigate through the articles
Previous article BIRKIRKARA CHRISTMAS TOURNAMENT PIETA WIN UNDER-15 KO Next article
Sunday, April 22, 2018
Search our Site Advertising on MaltaSport